|
Huwa bi pjaċir li nista’ nilqagħkom f’dan is-sit tal-parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara. Hija grazzja kbira li nisgħu naqsmu flimkien l-esperjenza tagħna ta’ Alla b’dan il-mod ġdid fi żmienna. Alla jinqeda b’kull triq biex tasal il-Kelma u l-imħabba tiegħu.
Nitlob li dan l-istrument ikun mezz kif tikber l-imħabba u l-għaqda fil-parroċċa. Nirringrazzja lil John Muscat li offra li jiddisinja dan is-sit u lis-Sur Albert Mulvaney li pprovdielna dawn ir-ritratti. Nitlob li l-Mulej ibierek din il-ħidma fil-qadi tiegħu.
Fr Anton Galea Scannura Kappillan |
|